xxx of yyy characters
Join Group
Google Translation: Off

When Google Translation is on, topics and messages in this group will be machine-translated to your language by Google.

Messages


Topic: Sallabtni
SALLABTNI
dramm oriġinali minn SKENE

SALLABTNI huwa l-isem tad-dramm oriġinali ta’ Ġwann Abela ofm li SKENE se tippreżenta fit-Teatru Metanoia (Luqa) għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa 2009. Dan id-dramm se jiġi ppreżentat is-Sibt 4, il-Ħadd 5, u l-Erbgħa 8 ta’ April fis-7.30 pm.

SALLABTNI huwa xogħol ieħor differenti għal kollox mid-drammi tradizzjonali tal-Passjoni. “Sallabtni”ma jibżax jistaqsi u wisq inqas iqanqal il-ħsieb għax id-dehra tal-Mislub fuq l-għuda mhix biss spettaklu ta’ ġrajja li kienet imma fuq kull ħaġa oħra hija sejħa għall-ħajja, sejħa għal mixja fid-dawl. Dan id-dramm ma jimpurtahx jekk il-ġrajja tat-tbatija hix isseħħ f’riġejn il-kalvarju jew wara l-bieb ta’ xi dar fil-gżira maltija. It-traġedji umani kienu u jibqgħu l-isfida għal kull min jemmen wisq aktar meta f’dawn it-traġedji jiġu milquta l-membri tal-familja tagħna. Hekk id-dmugħ tal-persunaġġi ta’ l-imgħoddi w id-dmugħ ta’ dawn ta’ żmienna jitwaħħdu fit-tgħannieqa li Ġesù joffri lil dawk li jemmnu meta donnu jtenni f’widnejn kull wieħed il-kelma: “Inħobbok”.

Jieħdu sehem fost l-oħrajn Andrè Penza, Mark Mifsud, Veronica Farrugia, Frida Cauchi, Sarah Lee Zammit, Raymond Darmanin, Anna Basily, Chris Penza, Jonathan McKay, Joseph Fenech, Anthony Cini, Duncan Azzopardi, Sandro Farrugia, Donna Galea u oħrajn flimkien ma’ korp ieħor ta’ atturi li se jiffurmaw qafas ħaj għall-ġrajja. Id-direzzjoni hija ta’ l-awtur innifsu, Ġwann Abela ofm. Għal aktar informazzjoni u booking tel. 21806712 (bejn is-7.00pm u d-9.00pm) jew fuq il-hotline: 79801883. Email: skene@skenemalta.com. Paġna internet: http://www.skenemalta.com.
Mar 13
2:20 AM

Posted by Marvic O

Note: To add an image or link in your message, use <img src="http://www.hi5.com/example.jpg"> or <a href="http://www.hi5.com/example.html">Text </a>

 
 

  

Title
body